"B'ħeġġa u b'kuraġġ se immorru quddiem l-elettorat biex ilkoll flimkien nagħtu lil pajjiżna Bidu Ġdid"
aqra iktar

"The South can provide Malta with the competitive advantage in attracting certain tourism niches."
read more

Profil

Ivan Vladimir Buttiġieġ twieled fit-28 ta’ Novembru fl-1979 u għex u trabba ġewwa ż-Żejtun. Ħuwa kkwalifika fl-assikurazzjoni, u jaħdem ma kumpanija li tipprovdi servizz t’assikurazzjoni. Ivan huwa responsabbli għall-programm assikurattiv ta’ wħud mill-akbar ażjendi ġewwa Malta.

Ivan minn dejjem jinteressa ruħu fl-attivitajiet li jsiru ġewwa ż-Żejtun. Minn mindu kien żgħir, Ivan kien jieħu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Fil-fatt huwa għadu jerfa’ sal-ġurnata tal-lum. Ivan jinteressa ruhu wkoll fil-festi li jsiru fin-nofs in-nhar ta’ Malta, għaliex huma okkażjoni fejn wieħed jista’ jiċċelebra l-festa tal-belt jew raħal tiegħu flimkien mal-komunita’.

Il-politika kienet dejjem importanti għal Ivan. Fil-fatt huwa jqisha bħala parti minnu, u minn ċkunitu dejjem ried li jkun attiv fil-ħajja politika. Ivan beda l-karriera politika tiegħu fl-1995 u għal numru ta’ snin okkupa l-kariga ta’ President tal-forum zgħazagh Laburisti fil-fergħa taż-Żejtun. Fl-1997 Ivan kien wiehed mill-membri fondaturi ta’ l-għaqda ta’ l-istudenti soċjal demokratiċi ‘Pulse’.

Bejn l-1998 u l-2005 Ivan okkupa l-kariga ta’ President fil-kumitat distrettwali tat-tielet distrett tal-Partit Laburista. F’dan il-perjodu huwa ħadem u okkupa diversi karigi oħra fil-partit, fosthom dik ta’ membru fil-kummissjoni elettorali tal-partit kif ukoll membru fil-grupp tal-presidenti u viċi presidenti distrettwali.

Ivan ta sehem attiv fil-ħidma tal-partit fl-elezzjonijiet ta’ l-1996, l-1998 u l-2003. Ivan ġie kkonfermat bħala Kandidat ghall-Partit Laburista fuq it-tielet distrett elettorali lejn l-aħħar tas-sena 2005. It-tielet distrett jikkonsisti fil-Fgura, Wied Il-Għajn u ż-Żejtun.